Enrico Scerri u Althea Ciantar kienu r-rebbieħa tas-Super Cup fil-kategorija rispettiva tagħhom sabiex komplew iżidu mas-serje ta’ suċċessi fil-karriera tagħhom.
Sabiex rebaħ din il-kompetizzjoni, Scerri kellu jgħaddi minn ħames stadji fejn wara li elimina lil Philip Bonello (3-0), Martin Sacco (3-0), Norbert Attard (3-1) u Godfrey Abela (4-3), hu wasal fil-finali proprju kontra missieru Albert Scerri u rebaħlu 5-4.
Althea Ciantar bdiet din il-kompetizzjoni mill-kwarti tal-finali fejn eliminat lil Marconia Zammit Borg (3-1) u Dorianne Scicluna (3-0) sabiex fil-finali għelbet lil Liliana Abela 4-0.
Matul il-ġurnata tal-bieraħ intlagħbet ukoll il-kompetizzjoni tad-doubles b’Enrico Scerri li żied unur ieħor ma’ li diġa’ rebaħ hekk kif ma’ missieru Albert rebħu lil Godfrey Abela u Anthony Borg 5-1 fil-finali.