Tlett attivitajiet se jkunu qed jindirizzaw il-problema tax-xorb fost iż-żgħażagħ. Din ser tkun l-ewwel kampanja għal sewqan sigur għas-sajf bħal kif isir fiż-żmien tal-Milied.
Il-Ministru Ian Borg qal kif din il-kampanja ser tgħaqqad flimkien għadd ta’ entitajiet.
Huwa qal li dawn it-tip ta’ kampanji informattivi jsiru minn zmien ghal zmien, izda din il-kampanja hi mmirata għal diversi attivitajiet organizzati fis-sajf fosthom parties.
Borg qal li din il-kampanja qed titnieda wkoll quddiem wiehed mill-istabbilimenti ewlenin ta’ divertiment f’pajjiżna.