Il-Membru Parlamentari Ewropew Cyrus Engerer ġie maħtur fuq il-bord parlamentari permanenti ta’ skrutinju tal-aġenzija Europol. L-irwol ta’ dan il-bord hu li kontinwament jissorvelja i-ħidma tal-Europol u jiżgura li l-għanijiet tagħha jkunu milħuqa.
“Il-koperazzjoni bejn il-forzi tal-ordni tal-Istati Membri tal-Unjoni Ewropea hi waħda essenzjali u li qed tħalli l-frott.”
Cyrus EngererREKLAMSKROLLJA BIEX TKOMPLI
Engerer qal li hu importanti li din l-aġenzija Ewropea tkun kontinwament skrutinizzata u li b’ħidma flimkien bejn l-pajjiżi Ewropej u l-Parlament Ewropew ikun assigurat li l-ġlieda kontra l-kriminalità organizzata tħalli l-frott.
Żied jgħid li bħala Maltin rajna l-vantaġġi tax-xogħol tal-Europol meta bil-koperazzjoni bejn l-aġenzija u l-pulizija ta’ Malta saru l-arresti fil-każ tal-assassinju ta’ Daphne Caruana Galizia. Bl-istess mod għaddej xogħol importanti dwar it-traffikar tal-persuni, kif ukoll dwar it-traffikar tad-droga lejn l-Ewropa.
“F’dinja globalizzata u f’Ewropa dejjem iktar maqgħuda, l-koperazzjoni bejn l-Istati Membri fuq is-sigurtà u l-ordni qed isir aktar essenzjali, għaldaqstant onorat li permezz tal-ħidma li wettaqt matul dawn l-aħħar snin fil-Palrament Ewropew dwar is-Saltna tad-Dritt u l-ġlieda kontra l-kriminalità, Illum ġejt mogħti dan l-inkarigu importanti bħala l-ewwel Malti f’dan l-irwol fil-Parlament Ewropew.”
Cyrus Engerer