L-Enemalta ħabbret li l-bord tad-direttur tagħha approva l-ħatra tal-Inġinier Ryan Fava, bħala Chairman Eżekuttiv ġdid tal-kumpanija.
Fi stqarrija ngħad li Fava kienu ilu jservi bħala Chairman mhux eżekuttiv mis-sena l-oħra u issa se jkun qed imexxi wkoll il-bord tal-maniġment tal-kumpanija hekk kif l-Enemalta tkompli twettaq il-pjan fit-tul għat-tisħiħ tas-sistema tad-distribuzzjoni tal-elettriku.
REKLAM
SKROLLJA BIEX TKOMPLI
Fava rringrazzja lill-predeċessur tiegħu, Jonathan Cardona, għat-tmexxija tal-operat u l-proġetti infrastrutturali li l-kumpanija mbarkat fuqhom.