Mit-Tnejn 3 t’April fil-5pm u kull nhar ta’ Tnejn, ONE se jkun qed iwassal programm ġdid bl-isem ta’ EMPOWERMENT. Għall-ewwel programm il-mistiedna prinċipali għall-programm huma l-Ministru għall-Inklużjoni, il-Volontarjat u d-Drittijiet tal-Konsumatur Julia Farrugia Portelli u Dr. Christian Camilleri.
Il-programm se jkun ippreżentat minn Matthew Chetcuti li huwa persuna b’diżabilità bil-kundizzjoni ta’ Celebral Palsy. Matthew jaħdem ma’ entità tal-Gvern u huwa Viċi Sindku tar-Rabat. Miegħu se naraw lil Mario Fenech li għandu 19-il sena, u huwa student Universitarju li qiegħed jistudja fuq l-informatika. Magħhom tingħaqad Mariah Elenia Calleja li ukoll għandha 19-il sena, u taħdem fis-settur tal-edukazzjoni mat-tfal f’età bikrija. Hi għandha għal qalbha dan is-settur għax itiha sodisfazzjon kbir li tara tfal ta’ eta daqshekk żgħira jagħmlu progress.
EMPOWERMENT se jixxandar kull nhar ta’ Tnejn fil-5pm b’repetizzjoni kull nhar ta’ Erbgħa fil-11:10am u s-Sibt fil-11:25am fuq ONE