Illejla fuq ONE se jixxandar programm ieħor mis-sensiela ‘Brillanti’, li fih se ssir it-tielet semifinali. It-tema se tkun ‘Brillanti Goes Pop’.
Il-preżentatur tal-programm, Joseph Chetcuti, spjega li dan il-programm se jkun imżewwaq bl-emozzjonijiet u se jiġri dak li t-telespettaturi qatt ma stennew.
Qal, “illejla għandna semifinali ieħor, it-tielet semifinali, Brillanti goes Pop. Din żgur se tkun edizzjoni li l-Maltin u l-Għawdxin se togħġobhom ħafna għaliex se jaraw l-għaxar semifinalisti li se jagħżlu silta mużika Pop u jittrasformawha fl-istil tagħhom. Se jkun hemm għażla verament sabiħa u se jkun hemm ħafna emozzjonijiet u se jiġri dak li qatt ma stennejna.”
Chetcuti qal li, permezz ta’ ‘Brillanti’, bosta Maltin u Għawdxin qed iwasslu t-talent tagħhom lis-segwaċi tal-programm.
Il-programm se jixxandar illejla fit-tmienja u nofs ta’ filgħaxija fuq ONE.