Ftit minuti qabel ma jieħu l-ġurament tal-ħatra, Robert Abela stqarr li jinsab emozzjonat ħafna iżda sodisfatt bil-privileġġ li se jservi lill-poplu Malti.
Akkumpanjat minn martu Lydia Abela u binthom, mal-wasla tiegħu fil-Belt, Dr Abela mar fuq il-folla l-kbira li nġemgħet f’Misraħ San Ġorġ li marret biex tassisti għall-ġurament tal-ħatra.