L-emojis li tant jintużaw biex jgħatu l-ħajja lill-konverżazzjonijiet fuq il-midja soċjali, issa se jkunu l-karattri prinċipali fil-film, ‘The Emoji Movie’.
Il-film jieħu l-udjenza fil- post bl-isem ta’ Textopolis fejn kull karattru għandu emozzjoni waħda biss.
Madankollu l-karattru prinċipali bl-isem ta ‘Gene’, huwa wkoll emoji, iżda għall-kuntrarju tal-karattri l-oħra huwa jista’ juri bosta reazzjonijiet differenti. Għalhekk l-istorja ddur ma’ dan il-karattru li tul il-film, flimkien ma sħabu, jipprova jsib ir-reazzjoni waħda tiegħu.
Dawn l-emojis illum jintużaw ħafna fuq il-midjas soċjali, tant li saru parti integrali mill-ħajja virtwali tal-ġenerazzjoni żgħażugħa.
Fil-fatt bosta siti soċjali qed idawwru s-sistema biex taġevola dawn l-emojis u b’hekk tkun iktar faċli biex jitwasslu r-reazzjonijiet bejn il-persuni. Madankollu, mhux kullħadd huwa daqshekk familjari ma’ dawn l-emojis u mar-reazzjonijiet li jwasslu.