L-eks viċi president taż-Żimbabwe, li t-tkeċċija tiegħu wasslet għall-kontroll tal-pajjiż mill-armata, ħeġġeġ lill-President Robert Mugabe biex jirriżenja minnufih. Emmerson Mnangagwa qal li huwa telaq ‘il barra mill-pajjiż, ġimgħatejn ilu, meta sar jaf bi pjan biex jinqatel. Dan filwaqt li sostna li mhux se jirritorna qabel ma jkun ċert mis-sigurta’ tiegħu.