Emmanuel Macron rebaħ ħames snin oħra ta’ tmexxija fi Franza wara rebħa konvinċenti fl-elezzjoni Presidenzjali fuq ir-rivali tiegħu Marine Le Pen, li minkejja t-telfa, xorta rnexxielha tikseb l-ikbar ammont ta’ voti għal-lemin estrem.
Macron rebaħ b’aktar minn tmienja u ħamsin fil-mija tal-voti, li huwa ferm iktar minn dak li kien imbassar. Min-naħa tagħha, Le Pen kisbet ftit aktar minn wieħed u erbgħin fil-mija.
Il-President Franċiż indirizza lill-partitarji biswit it-Torri Eiffel f’Pariġi ftit wara r-riżultat, u wiegħed li se jkun “President ta’ kulħadd”.
Dan ir-riżultat jagħmel lil Macron l-ewwel President f’għoxrin sena li reġa’ ġie elett.
Minkejja t-telfa tagħha, Le Pen li għandha tlieta u ħamsin sena, qalet li l-vot sinifikanti tagħha xorta jimmarka rebħa.
REKLAM
SKROLLJA BIEX TKOMPLI