Wara li Emmanuel Macron ingħata mandat ċar, illum ħa l-ħatra bħala l-President il-ġdid ta’ Franza biex b’hekk ħa post Francois Hollande li kien ilu jokkupa din il-kariga għal dawn l-aħħar ħames snin.
Dan ifisser, li issa Franza għandha l-iżgħar mexxej li qatt kellha minn żmien Napuljun, hekk kif Macron inħatar President fl-età ta’ 39 sena.
Emmanuel Macron rebaħ l-elezzjoni ġenerali wara d-dagħdigħa bejnu u bejn Marine Le Pen. Huwa jħaddan politika ċentrista filwaqt li Le Pen tħaddan politika tal-lemin estrem.
Wara l-ħatra uffiċjali ta’ Macron illum il-Ħadd, għada t-Tnejn huwa mistenni li jħabbar Prim Ministru biex ix-xahar li ġej tissokta l-elezzjoni Parlamentari.