Il-President Franċiż Emmanuel Macron iffirma u daħħal fis-seħħ liġi li ttella l-età tal-irtirar minn 62 għal 64 sena.
Macron iffirma din il-liġi sigħat biss wara li l-ogħla istituzzjoni Kostituzzjonali fi Franza approvat din il-bidla.
Filatt il-Kunsill Kostituzzjonali ċaħad talbiet tal-Oppożizzjoni sabiex jissejjaħ referendum. Minkejja dan, il-Kunsill xorta waħda neħħiet numru t’affarijiet mir-riforma li sejħet bħala żbalji legali.
Id-deċiżjoni tal-Kunsill Kostituzzjonali qanqlet protesti fejn dimostranti kebbsu n-nar f’żoni differenti ta’ Pariġi, filwaqt li ġew arrestati 112 –il persuna.
Minn Jannar s’issa kien hemm tnax –il jum ta’ dimostrazzjonijiet sabiex jipprotestaw kontra din ir-riforma. Il-Unjins wegħdu li jkomplu jopponu din ir-riforma u saħansitra ħeġġet lill-ħaddiema biex jerġgħu jinżlu fit-toroq nhar l-ewwel ta’ Mejju.