Emmanuel Bugeja rebaħ il-QCSC Trap Competition li saret fil-Qormi Clay Shooting Club.
Brian Galea spiċċa fit-tieni post, filwaqt li Ryan Bugeja temm il-kompetizzjoni tiegħu fit-tielet post.
Il-parteċipant f’din il-kompetizzjoni sparaw ghal 50 plattina fi stadju ta’ kwalifika flimkien ma’ rawnd finali ta’ 25 plattina minn tir wieħed biss.
Is-sitt finalisti kienu; BUGEJA Emmanuel bl-iskor ta’ 46/50, BUGEJA Ryan laqat 46/50, CHETCUTI Gianluca 45/50, GALEA Brian kisser 44/50, VELLA Christopher 44/50 u CHETCUTI William bl-iskor ta’ 42/50 +4 shoot-off li minn naha tieghu irnexxielu jelimina lil CIAPPARA Anglu u lil CASSAR Luke li kellhom 42/50 +3 shoot-off u 42/50 +0 shoot-off.
Ir-Riżultat Finali kien:
1 BUGEJA Emmanuel 22/25
2 GALEA Brian 21/25
3 BUGEJA Ryan 19/25 +1 Shoot-off
4 CHETCUT William 19/25 +0 Shoot-off
5 CHETCUT Gianluca 18/25
6 VELLA Christopher 17/25
Ir-rebbieħa fil-klassijiet rispettivi tagħhom kienu:
Klassi A
1 BUGEJA Emmanuel 46/50
2 BUGEJA Ryan 46/50
3 CHETCUTI Gianluca 45/50
Klassi B
1 CASSAR Luke 42/50
2 ATTARD Nazzareno 39/50
3 GRECH Shazen 38/50
Klassi C
1 CASSAR Abiel 36/50
2 DESIRA Aidan Jo 34/50
3 MAMO Jake 32/50
Il-kompetizzjoni tat-Trap li jmiss hija l-MSSF Trap Competition 50+50+25 (1/2025) li se ssir nhar il-Ħadd 9 ta’ Frar fil-Malta National Shooting Ranges.