Ix-xahar ta’ Mejju huwa assoċjat mal-Eurovision Song Contest u hekk kif nhar il-Ħadd, jibda dan ix-xahar, il-kantanta Emma Muscat li ser tkun l-ambaxxatriċi Maltija, ser tħalli pajjiżna biex tibda l-esperjenza tagħha f’Turin, il-Belt ospitanta tal-Eurovision Song Contest ta’ din is-sena.
L-ammiraturi tagħha u l-pubbliku ġenerali huma msejħa sabiex jagħtu t-tislima tagħhom lill-kantanta, fl-ajruport internazzjonali ta’ Malta, l-Ħadd l-1 ta’ Mejju fit-3pm. L-istedina hija għal kulħadd u sabiex min ser jattendi, għandu jieħu bnadar ta’ Malta bħala sinjal ta’ appoġġ.
Intant, fil-jiem li għaddew, Emma Muscat irrikordjat il-kanzunetta tagħha ‘I am what I am‘ verżjoni li tindaqq bil-pjanu. F’din il-verżjoni naraw il-kapaċita’ ta’ Emma fil-vuċi u fid-daqq tal-pjanu.
Segwi ‘I am what I am’ (piano version) hawn: