Sa mill-1993 il-kunċert tal-Milied fil-Vatikan ilu jilqa’ artisti minn madwar id-dinja għal ċelebrazzjoni unika fl-ispirtu festiv ta’ dawn iż-żminijiet. Dan il-kunċert huwa appuntament televiżiv tradizzjonali li jixxandar lejliet il-Milied fuq Canale 5.
![](https://cdn.one.com.mt/wp-content/uploads/2021/12/12090534/IMG_9476-1024x1024.jpg)
Din is-sena, il-kantanta Maltija li għandha fama anke fl-Italja, Emma Muscat ser tkun waħda mill-mistiedna. Hija stqarret li tinsab tassew onorata li ser tkun qed tieħu sehem waqt dan l-avveniment prestiġjuż.
![](https://cdn.one.com.mt/wp-content/uploads/2021/12/12090602/IMG_9479-819x1024.jpg)