Fadal biss ftit jiem biex il-kantanta Maltija, Emma Muscat, tkanta quddiem udjenza kemm preżenti u kif ukoll televiżiva li tgħodd il-miljuni.
Illum Emma kellha l-ewwel prova fejn saħħret il-palk b’libsa tlellex u b’leħen li jixhed it-talent ta’ din iż-żagħżugħa Maltija.
Emma se tkun qed tirrappreżenta lil Malta fil-Eurovision f’Turin bil-kanzunetta ‘I Am What I Am’.
Jidher li l-palk se jkun imżewwaq b’dawl kulur id-deheb u se tkun fuq il-palk flimkien ma’ erba’ żeffiena oħra.