Emma, Mia u Valentina kienu l-aktar tlett ismijiet popolari tal-bniet li twieldu s-sena li għaddiet.
Min-naħa l-oħra, l-aktar tlett ismijiet popolari ta’ subjien matul is-sena li għaddiet kienu Noah, Luca u Liam.
Dan ġie indikat mill-Prim Ministru Joseph Muscat f’mistoqsija parlamentari li saret mill-Whip tal-Grupp Parlamentari Laburista Byron Camilleri.