Emily Thornberry wissiet privatament f’Settembru li għadda li hemm ċans li l-elezzjoni tal-Labour Ingliża tkun mxekkla jekk wieħed jieħu pożizzjoni newtrali dwar il-Brexit. Waqt li kien qed jitkellem fil-Konferenza tal-Partit nhar it-Tlieta li għadda qalet li tinsab inkwetata dwar Jeremy Corbyn fejn tenna li ma għandux viżjoni fuq l-akbar deċiżjoni li qed tiffaċċja r-Renju Unit bħalissa.
It-telfa wasslet għal togħma morra fuq il-politika tagħha dwar il-Brexit. Kandidati oħra tal-Labour li tilfu s-siġġijiet tagħhom tefgħu l-ħtija fuq l-offerta tal-partit li jsir referendum ieħor dan filwaqt li kellhom dubji serji dwar it-tmexxija ta’ Jeremy Corbyn.
Is-Sinjura Thornberry, li hija mistennija li tkun kandidata fit-tmexxija li tieħu post s-Sur Corbyn. Hija żvelat ukoll li kienet ħadet azzjoni legali kontra kollega preċedenti li ddikjara li s-segretarju kien sejjaħ xi votanti stupidi.