Illum kmieni waranofsinhar, ġie uffiċjalment ippreżentat il-kowċ nazzjonali l-ġdid tat-tim nazzjonali Malti, Emilio De Leo.
It-Taljan ta’ 46 sena għandu esperjenza estensiva fix-xena tal-futbol, partikolarment f’dik Taljana, hekk kif qatta’ diversi snin jaħdem spalla ma’ spalla mal-mibki Sinisa Mihajlovic ma’ bosta timijiet rinomati Taljani, inkluż Sampdoria, Bologna, Torino u Milan.
F’konferenza tal-aħbarijiet fis-Centenary Hall, indirizzata wkoll mill-President tal-Malta Football Association, Bjorn Vassallo, De Leo irringrazzja lill-MFA tal-esperjenza ġdida li ġie offrut. Saħaq li jinsab kuntent u hu onorat b’dan ir-rwol u se jirrispondi għall-isfidi bil-fatti fil-grawnd.
Sadanittant, il-miri li għandu impostati mill-MFA huma li t-tim Malti jikseb il-kwalifikazzjoni għall-Grupp Ċ tal-UEFA Nations League, filwaqt li permezz ta’ prestazzjonijiet sodi fil-kampanja għall-kwalifikazzjoni għat-Tazza tad-Dinja 2026, Malta tkompli ttejjeb postha fir-rankings dinjin.
Min-naħa l-oħra, il-President Vassallo ta spjega ta’ kif intagħżel il-kowċ il-ġdid u spjega li, flimkien miegħu, raw kif ikomplu jsaħħu dipartimenti u rwoli oħrajn biex l-istrateġija tal-MFA tkun waħda bbażata fuq terminu twil, aktar milli short-term, u dan permezz ta’ enfasi fuq l-iskejjel tal-futbol f’pajjiżna, rikonoxxuti bħala l-‘grassroots’.
F’kumment lil ONE News, De Leo elenka li l-mentalità li jrid jibni hi waħda ta’ kompetittività u li t-tim jiffaċċja lil kwalunkwe tim bla biża’.
“Non abbiamo avere paura di affrontare nuove sfide, non abbiamo avere paura di provare mettere in gioco le nostre idee. Compito sicuramente di quelle ragazzi di mettersi in gioco di provare raggiungere determinati obiettivi, però soprattutto da parte nostra c’è la responsabilità di capire, come dico sempre, anche parte della cresce, parte di un processo quindi noi saremo qui a consentirti anche di sbagliare quello significa essere coraggiosi, essere intraprendenti, e vuole sempre spostare la si celle.”
Emilio De Leo, Kowċ nazzjonali Malti