Il-Coach tat-Tim Nazzjonali ta’ Malta Emilio De Leo, iffinalizza l-iskwadra ta’ 26 player għall-partiti mill-kwalifikazzjonijiet Ewropej tat-Tazza tad-Dinja tal-FIFA 2026 li jmiss. De Leo diġà għamel l-istorja billi żamm id-disa’ plejers kollha li jilagħbu barra minn xtutna l-ogħla numru qatt magħżul għat-tim nazzjonali ta’ Malta.
Malta għandha tibda l-kampanja tagħha minn Grupp G b’partita ġewwa darna kontra l-Finlandja nhar il-Ġimgħa, 21 ta’ Marzu, 2025, fl-Istadium Nazzjonali Ta’ Qali, li jibda fid-8.45pm. Din il-partita timmarka d-debutt ta’ De Leo fit-tmun tat-tim sa mill-ħatra tiegħu f’Jannar. Sussegwentement, Malta se tivvjaġġa lejn Varsavja biex tiffaċċja lill-Polonja fi Stadion Narodowy nhar it-Tnejn, 24 ta’ Marzu, ukoll fid-8.45pm.
Fost l-uċuħ ġodda, De Leo ddeċieda li jżomm lil Jake Azzopardi (Valletta FC) u Mattia Veselji (FK Smederevo 1924, Serbja), it-tnejn li huma rċevew l-ewwel sejħa tagħhom fl-iskwadra tal-kbar. Barra minn hekk, sejjaħ lil James Sissons i (Melita FC), goalkeeper imwieled fl-2007, u enfasizza l-impenn tiegħu biex jiżviluppa plejers żgħażagħ.
Huma jingħaqdu ma’ sħabhom id-debuttanti James Carragher (Wigan Athletic, l-Ingilterra) u Illyas Chouaref (Sion FC, l-Żvizzera), u jsaħħu skwadra komposta minn talent ġdid imħallat mal-esperjenza.
L-iskwadra ta’ 26 player hija din:
Goalkeepers – Rashed Al Tumi (FC Sheriff Tiraspol – Moldova), Henry Bonello (Hamrun Spartans FC), James Sissons (Melita FC).
Difensuri – Myles Beerman (Sliema Wanderers FC), Jean Borg (Sliema Wanderers FC), Steve Borg (Hamrun Spartans FC), Ryan Camenzuli (Hamrun Spartans FC), James Lee Carragher (Wigan Athletic FC – Ingilterra), Adam Magri Overend (Sliema Wanderers FC), Zach (Sanliurfaspor – Turkija), Enrico Pepe (Gzira United FC), Carlo Zammit Lonardelli (Floriana FC), Kurt Shaw (Hibernians FC).
Midfielders – Jake Azzopardi (Valletta FC), Matthew Guillaumier (FKS Stal Mielec Spolka Akcyjna – Polonja), Brandon Diego Paiber (Valletta FC), Steven Pisani (Sliema Wanderers FC), Alexander Satariano (Birkirkara FC), Teddy Teuma (Stade de Reims FC – Franza).
Attakkanti – Joseph E. Mbong (Hamrun Spartans FC), Paul Mbong (Birkirkara FC), Kyrian Nwoko (Sliema Wanderers FC), Basil Tenywa Tuma (Reading U21 – Ingilterra), Mattia Veselji (FK Smederevo 1924 – Serbja), Trent Anthony Buhagiar (Kapaz P.F.K. – Azerbaigan), Chouaref Ilyas (FC Sion – Żvizzera).