L-organizazzjoni mhux governattiva Gender Equality Malta (GEM) li taħdem favur l-ugwaljanza bejn il-ġeneri, stqarret li hija diżappuntata li l-Kumitat konġunt tal-parlament dwar is-saħħa, l-affarijiet soċjali u dak tal-familja, kkonkluda li għandha tkun l-Awtorità tal-Mediċini li tiddeċiedi jekk il-morning-after pill għandhiex titħalla tidħol Malta, iżda din qatt m’għandha tinbigħ mingħajr riċetta tat-tabib.
L-Awtorità tal-Mediċini ddeċidiet li l-morning-after pill qatt m’għandha tinbigħ mingħajr riċetta tat-tabib.
L-organizazzjoni fissret kif din il-preskrizzjoni tfisser li mara, f’każ ta’ emerġenza, m’għandiex titlef il-ħin biex iġġib il-preskrizzjoni tat-tabib. Huma saħqu li f’każ ta’ stupru, mara ssibha aktar diffiċli biex tfittex l-għajnuna.
GEM se tkun qed torganizza protesta bl-isem ta’ ‘Emerġenza għal Raġuni’ minn Triq ir-Repubblika, l-Belt Valletta sal-Parlament, nhar il-Ħadd 16 ta’ Ottubru. L-għan huwa li aktar nisa jiffirmaw petizzjoni kontra l-bżonn ta’ preskrizzjoni mit-tabib. Huma appellaw li din il-protesta mhux biss għan-nisa iżda anke għall-irġiel li jixtiequ jsemmgħu leħinhom dwar il-morning-after pill.