Ġew ippubblikati emendi għall-Avviż Legali li waqqaf l-Aġenzija Internazzjonali tal-Ispazju tal-Arti Kontemporanja, l-MICAS, bil-għan li tkompli tissaħħaħ din l-organizzazzjoni kulturali.
L-emendi se jippermettu wkoll lill-bord iwaqqaf kumitati speċjalizzati mhux remunerati li jgħinu lill-aġenzija twettaq il-ħidma tagħha. Dawn l-emendi se jgħinu lill-aġenzija billi jiżguraw li l-inizjattivi internazzjonali tagħha jkunu appoġġati b’mod adegwat u jiffaċilitaw il-ħolqien u ż-żamma ta’ kollaborazzjonijiet f’livell internazzjonali inkluża l-interazzjoni ma’ istituzzjonijiet internazzjonali kontroparti mal-MICAS.
Dawn l-emendi se jiżguraw is-suċċess kontinwu ta’ din l-inizjattiva kulturali ambizzjuża, li bħala pjattaforma internazzjonali dinamika għall-arti kontemporanja hija waħda mill-ixpruni tal-aspirazzjonijiet internazzjonali ta’ Malta fis-settur artistiku.