Fl-Al Janoub Stadium, kellna l-ewwel logħba tal-lum, dik minn Grupp Ġ, bejn l-Iżvizzera u l-Kamerun.
Iż-żewġ timijiet urew livell għoli fl-ewwel taqsima u kien ferm diffiċlli li xi ħadd minnhom jiftaħ l-iskor.
Fit-48 minuta, l-Iżvizzerri fetħu l-iskor permezz ta’ Embolo, li rċieva kross preċiż fil-kaxxa mingħand Shakiri. Dan kien moment emozzjonanti, hekk kif Embolo huwa mwieled fil-Kamerun, fejn missieru għadu jgħix sal-lum.
Fis-57 minuta, il-Kamerun kellhom ċans tajjeb ta’ Choupo-Moting lejn Akanji li kkonkluda b’saħħtu imma dirett lejn il-gowlkiper Sommer.
FIs-14:00, minn Grupp H, jilagħbu l-Urugwaj kontra l-Korea t’Isfel.
Skor finali Żvizzera 1 Kamerun 0.
Ritratt: Reuters.