Emanuel Grech se jkun qed jingħata l-aħħar tislima nhar is-Sibt li ġej. Dan hekk kif il-funeral se jsir fil-Knisja Parrokkjali ta’ San Ġiljan fid-8:45 ta’ filgħodu.
Emanuel Grech, magħruf ukol bħala l-Pejsa, ta’ 65 sena minn Ħaż-Żebbuġ tilef ħajtu meta waqa’ żewġ sulari f’bokka ta’ xaft fil-kumpless Daniel’s Shopping Complex fil-Ħamrun. Dan ġara meta hu kien qed jgħin lill-ibnu Matthew fix-xogħol tat-tqegħid tal-madum, li kien qed iwaħħal f’dan il-kumpless.
F’xi ħin l-anzjan tfixkel u waqa minn ġo bokka ta’ lift li kien għad irrid jitwaħħal għal żewġ sulari l-isfel biex spiċċa fil-parkeġġ tal-istess stabbiliment li għal dawn l-aħħar ġimgħat kien magħluq minħabba xi xogħlijiet li qed isirulu.
Fuq il-post isejjaħ tim mediku mill-Isptar Mater Dei imexxi mit-Tabib Michael Spiteri madankollu Grech ġie ċċertifikat mejjet fuq il-post. Il-mewta traġika ta’ Leli Grech, kaċċatur magħruf fost il-kommunità Żebbuġija, ħasdet lil diversi Żebbuġin, l-aktar dawk fiż-żona ta’ Ħal Mula fejn hu kien joqgħod flimkien ma’ martu.
Iben Grech kif “Bħal sajjetta fil-bnazzi ħallejtni missieri” fejn sellem lil missieru.