Email żvelata fuq il-midja soċjali, li mkejjen fil-Partit Nazzjonalista kkonfermaw li hija awtentika, turi kif meta Simon Busuttil mar bil-box files il-Qorti f’waħda mill-ġranet fejn għamel allegazzjonijiet qabel mar għand l-Imħallef biex jixhed kien qed jgħamel biss “stunt.”
Dan tikkonfermah Ann Fenech, il-President tal-Eżekuttiv, fl-imejl li bagħtet u li fiha kienet qed tistaqsi x’kien se jiġri l-għada, il-jum li fih Busuttil kien sejjer il-Qorti.
“Irridu niddeċiedu x’se jiġri għada please ħalli nipprepara,” kitbet Ann Fenech. Staqsiet lil Caroline (nassumu l-campaign manager) jekk kinetx se tieħu ħsieb hi.
“Għidli x’taħseb li hu l-aħjar,” qalet Ann Fenech li żiedet li din l-istunt tal-kaxxi taparsi bid-dokumenti użata kemm il-darba fil-Qorti u taħdem.
REAZZJONI MILL-PN
Il-kelliem tal-Partit Nazzjonalista, il-Partit li joħroġ l-invoices foloz, wieġeb għall-artiklu dwar l-email ta’ Ann Fenech ippubblikat fuq one.com.mt.
Ikkonferma li l-email hija awtentika u vera ntbagħtet minn Ann Fenech. Iżda, mingħajr ma ppubblika ebda provi qal li : “M’huwiex minnu li l-email li saret referenza għaliha kienet tirreferi għall-provi dwar korruzzjoni.”
Qal li l-email li qed tiġi ppubblikata fuq is-sit www.one.com.mt kienet miktuba fil-kuntest li l-ERA kienet għadha kemm ippubblikat dokumenti b’rabta mal-permess tat-tanker tal-gass f’Marsaxlokk, u li skont il-kelliem tal-PN il-Gvern ippretenda li jiġu studjati fi ftit ġranet.