Meta din il-ġimgħa ġie mfakkar l-40 anniversarju mill-mewt tal-kantant famuż mondjali Elvis Presley, persuna qrib l-industrija tal-mużika kienet semgħet li din kienet “deċiżjoni inteliġenti fil-karriera mużikali tiegħu.”
Jekk din il-frażi hux vera jew le ħadd ma jista’ jikkonferma, iżda li hu vera hi li l-mewt ta’ Elvis fissret żieda fil-bejgħ tal-mużika tal-kantant u dan mhux tiegħu biss. Dan hekk kif l-istess ġara meta mietu Bob Marley, Jimi Hendrix, David Bowie u diversi leġġendarji fil-mużika.
Il-mewt ta’ dawn l-artisti għenet ukoll diversi segwaċi tagħhom biex jagħmlu l-qliegħ fejn dawk li kellhom xi oġetti li kellhom xi valur, kienu jagħmlu qliegħ id-doppju dan għax issa l-oġġett ikun ifisser iktar jew għax forsi l-oġġett ikun uniku.
Il-leġġendarju Elvis, għalkemm ilu mejjet 40 sena, il-preżenza tiegħu xorta għadha tinħass fl-industrija tal-mużika b’qawwa kbira fejn skont il-lista ta’ Forbes, fejn fiha jitniżżlu l-artisti li jagħmlu l-iktar qliegħ, Elvis tniżżel li għamel qliegħ ta’ $27 miljun, fis-sena 2016. Fejn tul l-istess sena biegħ madwar miljun album.
Miet fl-età ta’ 41 b’attakk f’qalbu, Elvis kien magħruf għall-imħabba li kellu għall-ikel ħażin għas-saħħa – xi ħaġa li żgur ma għenitux.
L-ikla favorita tiegħu kienet dik ta’ biċċtejn ħobż fejn bejniethom kien ipoġġi, bacon u banana moqlija, kif ukoll ġamm u butir tal-karawett.