Eluf ta’ turisti ġew evakwati mill-bajjiet fin-naħa t’isfel tat-Turkija fejn qed jinfirxu nirien kbar li qed ikunu ta’ theddida għal-lukandi u d-djar.
Bastimenti tal-kosta Torka assistiti minn dgħajjes privati u jottijiet għaddejjin b’ħidma kontinwa biex jassiguraw is-sigurtà tat-turisti u n-nies fl-inħawi.
Fil-belt ta’ Bodrum ġew evakwati tliet lukandi ta’ ħames stilel.
In-nirien, li ilhom li tkebbsu mill-Erbgħa li għadda, ħallew sitt persuni mejta u l-investigaturi qed jippruvaw jistabilixxu jekk in-nar tqabbadx apposta.