Uffiċjali Ukreni qed jinsistu li eluf ta’ tfal qed jittieħdu minn-forzi Russi f’żoni okkupati fl-Ukrajna u qed jiġu deportati lejn territorji okkupati mir-Russi jew lejn ir-Russja stess, fejn l-adozzjoni tat-tagħhom qed issir b’mod mgħaġġel.
Tfajla ta’ 14-il sena identifikata biss bħala Anya, qalet lil The New York Times li ttieħdet kontra r-rieda tagħha u tinsab ir-Russja, tgħix ma’ familja foster.
Qalet li dalwaqt se ssir ċittadina Russa, minkejja li trid tixtieq terġa’ tmur lura għand sħabha u l-familja tagħha fl-Ukrajna.
“Ma ridtx immur,” qalet lin-New York Times, li intervistawha permezz ta’ messaġġi istantanji u messaġġi tal-vuċi. “Imma ħadd ma staqsieni.”
Anya hija biss eżempju wieħed fost rapporti riċenti dwar l-isforzi tar-Russja biex tadotta tfal Ukraini u trabbihom bħala Russi. L-uffiċjali Ukreni ilhom minn April jgħidu li l-forzi Russi qed “jiddeportaw bil-forza” lit-tfal Ukreni u jħaffu l-adozzjonijiet.
Skont il-Gvern Ukren, aktar minn 8,700 ġew deportati, iżda ċ-ċifra hija diffiċli biex tkun ikkonfermata.