Ġurnata li daħlet fil-kalendarju kulturali ta’ pajjiżna hekk kif l-Imġarrin jesponu ħidmiethom fl-għelieqi u iktar minn hekk jaghmlu bejgħ ta’ frawli daqs sena sħiħa fi ftit siegħat.
Iżda kull minn attenda mhux biss seta’ jduq il-frawli imma wkoll diversi prodotti b’mod partikolari ħelu magħmul minn din il-frotta.
Għal din l-attività, attenda wkoll il-Prim Ministru Joseph Muscat.