Eluf ta’ persuni qed jiġu evakwati mill-irħula li huwa viċin ix-xtut fil-Lvant tal-Indja qabel ma jilħaqhom iċ-ċiklun Fani, li qed jersaq viċin l-istat ta’ Orissa b’veloċità ta’ mitejn kilometru fis-siegħa u mistenni jilħaq l-art għada l-Ġimgħa.
L-uffiċjali Indjani għalqu l-operazzjijiet f’żewġ portijiet fil-Kosta tal-Lvant filwaqt li eluf ta’ ħaddiema mid-dipartiment tas-salvataġġ qed jgħinu persuni jjevakwaw miż-żoni li se jkunu l-aktar milqutha minn dan iċ-ċiklun.
Id-Direttur taċ-ċentru meteroloġiku qal li minn tal-inqas 11-il stat se jkunu milquta minn dan iċ-ċiklun, filwaqt li avża biex ħadd ma joħroġ barra. Intant, L-Awtorità Nazzjonali tal-Immaniġjar tad-Diżastri tal-Indja wissiet lis-sajjieda tal-Lvant tal-pajjiż biex ma joħorġux fuq il-baħar minħabba li l-kundizzjonijiet huma severi.