Mill-mument li tħabbar li jistgħu jitniżżlu l-vouchers b’mod diġitali, ammont kbir ta’ persuni mill-ewwel bdew jaċċessaw is-sistema biex iniżżlu l-vouchers tagħhom.
Fi stqarrija l-Ministru għall-Ekonomija qal kif bħalissa għaddej xogħol fuq is-sistema bil-għan li s-servizz jitħaffef.
Spjega kif sa issa diġà kienu eluf ta’ persuni li niżżlu l-vouchers tagħhom b’mod elettroniku u l-pubbliku huwa mħeġġeġ jibqa’ jniżżilhom minn għada, l-21 ta’ Mejju sal-Ġimgħa l-4 ta’ Ġunju.
Min ma jagħżilx li jniżżilhom b’mod diġitali, se jirċievi l-vouchers stampati permezz tal-posta reġistrata mis-7 ta’ Ġunju.