Il-linja tal-ajru Primera Air, li kienet magħrufa għal titjiriet irħas bejn l-Ingilterra u l-Amerika,falliet fl-aħħar sigħat. Riżultat ta’ dan il-linja tal-ajru kkanċellat kull titijra tagħha.
Diversi klijenti lil kellhom titjiriet ippjanati ma’ din il-linja tal-ajru issa spiċċaw maqbuda f’diversi pajjiżi mingħajr ebda ħjiel ta’ jekk hux se jinħataw kumpens jew le.
B’kollox il-linja tal-ajru kellha 15-il ajruplan li kien jopera bejn ir-Renju Unit lejn l-Amerka ta’ Fuq.
F’kummenti mal-midja, passiġġiera Kanadiża qalet li kienet se tirkeb l-ajruplan meta ħarġet l-aħbar li t-titjira tagħha ġiet ikkanċellata.
“Issa spiċċajt maqbuda f’lukanda mhux sigura, nipprova nsib mezz biex nixtri titjira lura d-dar”.