Bin-nies ġejjin u nies sejrin kontinwament, huwa stmat li fl-aħħar jiem fil-mitjar Malti madwar mija u tletin elf persuna għaddew mill- ajruport dawn l-aħħar jiem.
Fl-ajruport iltqajna ma grupp ta’ nies li kienu se jqattgħu l-aħħar ftit jiem tas-sena f’destinazzjonijiet bis-silġ.
Staqsejna lil Maltin jekk safra waqt il-festi tas-sena l-ġdida hijiex tradizzjoni ta’ kull sena.
Dawk li qattgħu l-festi tal-Milied tagħhom Malta u sejrin lura d-dar biex jiċċelebraw l-aħħar jiem tas-sena mal-familja stqarru magħna li Malta kien il-post ideali għal-btala tagħhom bl-ibħra u x-xemx jibqgħu l-iktar karatteristiċi li jsaħħru n-nies.