Il-Karnival tas-Sajf reġa’ lura għal sena oħra fil-lokalitajiet ta’ San Pawl il-Baħar u Marsaskala fejn attendew għalih eluf ta’ nies.

Dan l-avveniment popolari, organizzat minn Festivals Malta b’kollaborazzjoni mal-Kunsilli Lokali ta’ San Pawl il-Baħar u ta’ Marsaskala, ittella’ bejn it-23 u l-25 ta’ Awwissu.

Il-Karnival tas-Sajf inkluda defilé u f’dan l-avveniment, ħadu sehem total ta’ 13-il karru, kull ġurnata.
Attenda wkoll il-Ministru għall-Wirt Nazzjonali, l-Arti u l-Gvern Lokali Owen Bonnici li ddeskriva l-Karnival tas-Sajf bħala avveniment li mhux biss joffri divertiment iżda wkoll jagħti l-opportunità lill-pubbliku u lit-turisti biex jesperjenzaw l-elementi tradizzjonali tal-karnival, bħall-karrijiet u ż-żfin, fuq skala iżgħar.