Eluf ta’ nies, fosthom turisti, fuq il-gżira ta’ Rodi fil-Greċja kellhom jiġu evakwati minn djarhom jew mil-lukandi minħabba nirien qawwija li nfirxu kawża tas-sħana estrema.
L-awtoritajiet Griegi qed jiddeskrivu dan in-nar bħala l-aktar diffiċli li affaċċjaw sa issa.
Qed jiġi rrappurtat kif aktar minn 3,500 persuna kellhom jivvjaġġaw għal żoni aktar siguri.
Kawża ta’ riħ li wkoll ħakem il-Greċja, in-nirien qed jinfirex b’mod mgħaġġel, ħaġa li fuqha ma jkun hemm l-ebda kontroll.
Fortunatament ma ġew irrappurtati l-ebda mwiet b’rabta ma’ dan in-nar.
Ritratt: Reuters