Aktar minn sittax-il elf negozju rċivew l-applikazzjoni u bdew japplikkaw għar-rifużjoni tal-kera skont skema li kienet tħabbret fil-pjan ta’ riġenerazzjoni ekonomika li kien ħabbar il-Prim Ministru Robert Abela f’Ġunju li għadda.
Il-Malta Enterprise bdiet tilqa’ l-applikazzjonijiet għal din il-miżura li tiswa ħamsa u erbgħin miljun ewro, bil-Kap Eżekuttiv tal-Malta Enterprise qal li fl-ewwel jum kienu eluf li applikaw.
Huwa spjega: “S’issa kien hemm eluf li applikaw u nħeġġu sabiex kull min jirċievi l-applikazzjoni, japplika għaliha.”
Il-miżura għar-rifużjoni tal-kera se tkun qed titħaddem b’sistema ta’ skali skont kemm il-ħaddiem timpjega l-intrapriża u kemm-il kera għandha.
Kumpaniji li jħaddmu sa disa’ impjegati u għandhom kirja waħda se jieħdu sa elfejn u ħames mitt ewro filwaqt li kumpaniji li jħaddmu aktar minn erbgħin impjegat se jdaħħlu sa massimu ta’ sebat elef u ħames mitt ewro.
ĦADDIEMA BIL-ĦLAS TAL-PAGI | KUNTRATTI TAL-KERA | RIFUŻJONI |
1-9 | 1 | €2,500 |
10-19 | 2 | €4,000 |
20-29 | 3 | €5,500 |
30-39 | 4 | €7,000 |
40+ | 5 | €7,500 |
Kurt Farrugia fakkar ukoll fl-iskema sabiex b’mod awtomatiku n-negozji jirċievu rifużjoni sa massimu ta’ ħamsin fil-mija fuq il-kont tad-dawl tax-xhur ta’ Lulju, Awwissu u Settembru.
Huwa sostna: “Ħriġna żewġ settijiet ta’ emails li irċivew 16,000 Through dik l-email b’mod awtomatiku dak li jkun ikun jista’ japplika għal rifuzjoni kemm tad-dawl kif ukoll tal-kirja.”