Suċċess kbir għall-edizzjoni ta’ din is-sena tan-Notte Bianca.
Dan hekk kif eluf ta’ persuni terqu mat-toroq tal-kapitali, fejn dawk preżenti gawdew minn programm varjat imżewwaq b’wirjiet artistiċi ta’ kull tip, inkluż mużika, żfin, kant, installazzjonijiet u aktar.
Din is-sena, l-udjenzi ta’ Notte Bianca gawdew minn ’il fuq minn 50 proġett li b’kollox inkludew madwar 250 artist lokali u internazzjonali.
Preżenti kien hemm il-Ministru għall-Wirt Nazzjonali u l-Arti Owen Bonnici u s-Segretarju Parlamentari għall-Gvern Lokali Alison Zerafa Civelli, li tkellmu man-nies li kienu preżenti.
Huma sostnew li l-Maltin u t-turisti japprezzaw il-ġmiel tal-Belt kapitali ta’ pajjizna, bit-toroq li jgħidu storja rikka ta’ sekli sħah, is-sbuħija tas-swar u l-palazzi maestuzi tagħha u dan kollhu jseħħ f’ambjent ta’ festa ta’ ilwien, mużika, spettaklu u ikel.
L-edizzjoni li jmiss ta’ Notte Bianca se tkun qed issir is-Sibt 4 ta’ Ottubru 2025.
![](https://cdn.one.com.mt/wp-content/uploads/2024/10/06114407/pr241608f-1024x688.jpg)
![](https://cdn.one.com.mt/wp-content/uploads/2024/10/06120926/pr241608d-1024x550.jpg)
![](https://cdn.one.com.mt/wp-content/uploads/2024/10/06120922/pr241608c-1024x684.jpg)