Eluf ta’ persuni ħonqu l-istabillimenti ewlenin sabiex jilħqu diversi prodotti bi skont kbir fi Black Friday. Fi stabbiliment fl-Imrieħel il-kju tant kien twil li kellhom jintramaw barrikati mifruxa fuq żewġ toroq.
Uffiċjali tas-sigurta’ li kienu ġewwa l-istabbiliment qalu lil one.com.mt li kein hemm min għażel li jqatta’ l-lejl fuq l-għatba tal-istabbiliment sabiex iserraħ moħħu li jilħaq l-oġġetti kollha mixtieqa. Għal din il-ġurnata tant mistennija saħansitra attendew eks Ministri bl-għan li jakkwistaw xi bargain.
Intant fl-Istati Uniti din is-sena mistennija jinteqfu madwar 20 billujn dollaru. Ħafna nies għażlu li jistennew fi kjuwijiet ma jispiċċaw qatt iżda oħrajn libsu bħala impjegati sabiex jkunu jistgħu jabżu n-nies. Stħarriġ juri li Black Friday tibqa l-aktar ġurnata bieżla b’ 115 milljun xerrej dixxendenti fi ħwienet Amerikani. Skont Prosper Insights and Analytics, il-komnsumaturi qalu, li din is-sena x-xerrejja se jonqfqu medja ta $967.
Macy’s Herald Square ġewwa Manhttan rat mijiet ta persuni jistennew fi kuwijiet barra bi stennija li jibbenifikaw minn offerti fuq kosmetiċi u fwejjaħ. Xerreja dehru ukoll fi ħwienet tal-Apple sabiex jibbenifikaw minn offerti fuq l-elettroniċi bħal l-Apple Watch. Esperti bassru li fil-ħamest ijiem tal-perjodu bejn Thanksgiving u Cyber Monday, il-konsumaturi ser jonqfu 19.7 billjun dollaru.