Eluf ta’ Katalani ipprotestaw wara li tmien eks ministri reġjonali tal-Katalunja ġew arrestati minħabba d-dikjarazzjoni ta’ Indipendenza ta’ Katalunja minn ma’ Spanja.
L-uffiċjali, li dehru quddiem l-ogħla qorti ta’ Spanja, qed ikunu akkużati b’ribelljoni, sedizzjoni u miżaproprijazzjoni ta’ fondi pubbliċi.
Il-prosekuturi mistennija wkoll jordnaw mandat ta’ arrest Ewropew biex ikun arrestat l-eks-President Katalan, Carles Puigdemont li jinsab il-Belġu.
L-istess mandat japplika wkoll għal erba’ eks ministri oħra.
Il-ġimgħa li għaddiet, il-Prim Ministru Spanjol, Mariano Rajoy impona ordni diretta fuq Katalunja u xolja l-Parlament Katalan waqt li ordna li ssir elezzjoni bikrija f’Diċembru.