Madwar sitt elef persuna qed jinżammu abbord il-cruise liner Costa Crociere sakemm isiru testijiet fuq żewġ passiġġieri Ċiniżi b’suspett li għandhom il-coronavirus.
Rapporti fuq Reuters tenna li l-koppja waslet abbord fuq il-vapur Costa Smeralda, fil-port ta’ Savona. Il-koppja kellhom sintomi ta’ deni u kellhom diffikultajiet fin-nifs.
Il-cruise liner żar fil-port ta’ Franza, Spanja u Palma de Mallorca qabel ma daħal fil-port ta’ Civitavecchia, fin-naħa ta’ fuq ta’ Ruma.
Ħadd minn dawn is-sitt elef passiġġier u crew m’huma jitħallew jinżlu mill-vapur sakemm isiru t-testijiet mediċi sabiex jivverifikaw dan.
Kelliem għal-kumpanija Costa Crociere tenna li jaf tieħu ammont ta’ siegħat qabel is-sitwazzjoni tiċċara ruħha.