Eluf ta’ immigranti li kienu maqdbua f’kamp fil-Greċja qed ikunu mċaqalqa minn kamp bl-isem ‘Idomeni’ fil-konfini tal-Maċedonja.
L-għan hu li jittieħdu lejn faċilitajiet aktar dinjitużi u sostenibbli – iżda ħafna ma jridux jafu.
Ċaqliq ikun ifisser li jersqu aktar ‘l bogħod mill-fruntiera li tant jixtiequ jaqsmu. Awtoritajiet Griegi jemmnu li l-fatt li jinsabu f’Idomeni jħajjar lil min għandu interess fit-traffikar ta’ persuni.
Karozzi tal-Pulizija u forzi kontra rewwixti lkoll jinsabu hemm, iżda jidher li r-rilokazzjoni hija kalma.
Il-kamp Idomeni nħoloq fi Frar li għadda meta ngħalqu l-konfini mal-Maċedonja. Aktar minn 8,000 persuna spiċċat maqbuda bejn pajjiż u ieħor. Ħafa minnhom ġejjin mis-Sirja, l-Iraq u Afganistan, u minkejja li qed jorqdu f’tined f’ċirkostanzi diffiċli, ma jridux jiċċaqalqu.
Il-bieraħ il-Pulizija ċaqalqu madwar 2,000 persuna li kienu stazzjonaw irwieħhom mal-binarji ta’ ferrovija, tant li blokkaw l-aċċess għall-mezzi ta’ trasport.