342 persuna tilfu ħajjithom u eluf ta’ persuni jinsabu mingħajr dar kawża tal-għargħar fl-Indja fl-istat ta’ Kerala.
Mijiet ta’ truppi u għexieren ta’ dgħajes u ħelikopters bħalissa qed jaħdmu qatigħ sabiex jevakwaw persuni mill-agħar għarar li qatt esperjenza l-pajjiż.
Bosta persuni jinsabu maqbuda fuq il-bjut tad-djar tagħhom.
Il-Prim Ministru Narendra Modi żar ż-żoni li huma l-aktar milquta u ltaqa’ mal-uffiċjali tal-istat sabiex jiddiskutu din il-kriżi.
Hu maħsub li s-sitwazzjoni jaf tiggrava hekk kif mistennija aktar xita kif ukoll riħ qawwi matul tmiem il-ġimgħa.