Eluf ta’ persuni fil-Libja huma maħsuba li tilfu ħajjithom, wara maltempata qawwija li ħakmet lill-pajjiż u li ġabet magħha għargħar f’diversi bliet fil-Lvant tal-pajjiż.
Intqal li l-imwiet aktarx qabżu l-elfejn, hekk kif eluf jinsabu nieqsa.
REKLAM
SKROLLJA BIEX TKOMPLI
7 uffiċjali tas-salvataġġ ukoll jinsabu nieqsa, wara li ppruvaw iwettqu operazzjonijiet ta’ salvataġġ.
Filwaqt li l-poplu ġie avżat biex ma joħroġx f’ċerti ħinijiet, l-iskejjel u l-ħwienet jinsabu magħluqin.
Jirriżulta li madwar 150 residenza inqerdet, fl-ibliet ta’ Benghazi, Sousse, Derna u Al-Marj.
Ritratt: Reuters