In-Naxxar inbidel bl-ilwien bojod u ħomor, hekk kif eluf diġà nġabru fil-parkeġġ tat-trade fair, in-Naxxar. Id-diskorsi mistennija jibdew għall-ħabta tas-18.00pm, bl-aħħar diskors ikun dak tant mistenni, tal-Prim Ministru u Mexxej Laburista Joseph Muscat.
Dan huwa t-tieni mass-meeting mit-tħabbira tal-kampanja elettorali, llum huwa propju l-erbatax-il jum ta’ din il-kampanja.
Bħalissa fin-Naxxar beda l-pre-party u ftit tal-ħin ieħor ONE HD u one.com.mt se jkunu qed jagħtu l-mass-meeting LIVE għal dawk li ma setgħux jattendu.