Dawn l-aħħar ġimgħat uffiċjali tad-dwana ikkonfiskaw tnax-il container li fihom kien hemm eluf ta’ prodotti b’kuntrabandu. Dawn jinkludu:
- 14,000 blalen tal-football ta’ tliet ditti differenti
- 11,200 oġġett tal-ilbies tat-tfal
- 30,660 oġġetti ta’ ħwejjeġ ta’ taħt ta’ ditta popolari
- 9,792 flixkun tax-shampoo
- 9,030,000 sigarett
- 23,552 qliezet tat-tracksuit ta’ clubs tal-football differenti
- container sħiħ ta’ 20 pied b’58 kaxxa parts tal-karozzi
- eluf ta’ arloġġi tal-idejn ta’ ditti famużi
- 42,000 papoċċi tal-isport ta’ ditti varji
Dawn kienu kollha ġejjin mill-Lvant lejn l-Arika ta’ Fuq, ħlief l-ispare parts tal-karozzi li kien sejrin l-Alabanija.
Lejn Malta kienu ġejjin:
- mitt game controller
- ħwejjeġ tad-ditta
- basktijiet u ċintorini tad-ditta
- flokkijiet tal-football u tracksuits ta’ clubs popolari
Fi stqarrija d-Dipartiment tad-Dwana qal li huwa magħruf bħala wieħed mill-aħjar fl-Unjoni Ewropea fil-ġlieda kontra prodotti ta’ kuntrabandu.