Huma eluf kbar l-adulti, anzjani, żgħażagħ u anke tfal li jinsabu lesti f’Ħaż Żabbar għall-mass meeting tal-Partit Laburista.
Dan qed iseħħ fi Vjal il-Labour u waqtu se jkun qed jitkellem il-Prim Ministru ta’ Malta u Mexxej tal-Partit Laburista Joseph Muscat.
Fil-17:00 beda l-pre-party bi spettaklu li jinkludi l-aqwa mużika kummerċjali u ideali sabiex titqajjem atmosfera mill-isbaħ għal waqt il-mass meeting. Jieħdu sehem żewġ DJs popolari, Ryan Spiteri u Lio li flimkien ma’ Alfred Zammit, Joe Tanti u Clint Bajada ser ikunu qed janimaw l-ispettaklu.
L-atmosfera tista’ tipprova tiddekriviha b’dawn ir-ritratti, għalkemm trid tkun hemm biex tesperjenzaha bi sħiħ!