Aktar minn elf pumpier qed jikkumbattu nirien qawwija li ħakmu l-foresti fin-nofshinar ta’ Franza.
In-nirien waslu sabiex għexieren ta’ djar jinqerdu filwaqt li għaxart elef resident kellhom jitilqu minn djarhom ħdejn il-Belt ta’ Bordeaux.
Qed jingħad kif it-temp ikkaraterizzat minn riħ qawwi u sħana kbira qed ittellef aktar il-ħidma tal-awtoritajiet.
Il-President Franċiż ħabbar li l-Awstrija, il-Ġermanja, il-Greċja, il-Polonja u r-Rumanija se jkunu qed jibgħatu għajnuna sabiex jikumbattu n-nirien.
Intant, fil-Portugall u Spanja kien hemm aktar minn elf mewta kawża tas-sħana qawwija.