Eluf kbar ta’ nies qegħdin ilebbtu kemm jista’ jkun malajr ‘il barra mill-istat Amerikan ta’ Louisiana hekk kif kulma jmur l-urugan Ida qed jersaq aktar viċin.
L-urugan mistenni jġib miegħu irjieħ ta’ 220 kilometru fis-siegħa u maltempata li qed titqies bħala ta’ periklu għall-ħajja.
Bassara tat-temp qegħdin jgħidu li dan l-urugan kapaċi jkun iktar b’saħħtu mill-urugan Katrina li ħalla ħerba fl-istat ta’ New Orleans fl-2005.
Toroq f’Louisiana jinsabu ġġamjati hekk kif bosta residenti kienu ordnati biex jevakwaw.
Il-Gvernatur tal-istat wissa lir-residenti li t-tieqa t’opportunità biex joħorġu mill-istat qiegħda tingħalaq. Dan filwaqt li l-Gvernatur tal-istat ġar ta’ Louisiana, Mississippi ddikjara stat ta’ emerġenza.