Miljuni ta’ persuni minn Kalifornja se jispiċċaw mingħajr elettriku. Dan waqt li membri mit-tifi tan-nar jinsabu fi ġlieda kontra l-ħin biex jikkontrollaw in-nirien li ħakmu l-istat.
Fil-midja ntqal kif jaf jinqata’ d-dawl f’sitta u tlettin pajjiż hekk kif hu mbassar li se titqawwa l-forza tar-riħ li tista’ tikkawża aktar ħsarat lill-faċilitajiet tal-provvista tal-elettriku u b’hekk jiġu kkawżati nirien oħra.
Din it-twissija ħarġet fil-beraħ wara li aktar minn ħamsin elf persuna kellhom jitilqu minn djarhom kawża tan-nirien.