Eluf ta’ residenti minn Warsaw ħarġu fit-toroq f’protesta tal-massa spontanja quddiem il-Parlament ta’ Poland, kontra l-pjan imħejji mill-Partit Konservattiv biex jiġi limitat l-aċċess tal-ġurnalisti għal-leġiżlaturi.
Il-folla ingħaqdet il-Ġimgħa fejn bi bnadar nazzjonali bojod u ħomor bdew iwerżqu “Midja Ħielsa!” f’bard li jxoqq l-għadam.
Kmieni l-Ġimgħa filgħodu, ġewwa l-Parlament, numru kbir ta’ membri liberi li jappartjeni mal-Oppożizzjoni pprotestaw kontra r-regoli l-ġodda li għandhom x’jaqsmu mal-midja.
Diversi ġurnalisti sostnew li dawn id-deċiżjonijiet qed jittieħdu biex jiġi salvagwardjat il-politikant sabiex ma jirrispondix mistoqsiji li l-ġurnalist jistaqsi. Kienu bosta li sostnew li mhux sew li deċiżjoni bħal din tkun qed taffetwa direttament il-ħidma li ġurnalist ikun qed jagħmel dan kollu għax politikant jaf iħossu skomdu jirrispondi.